Kif nagħmlu dan

How we work

L-Eurojust tassisti f’firxa wiesgħa ta’ investigazzjonijiet. Kull każ huwa differenti u jirrikjedi approċċ individwali. Ħafna drabi, il-prosekuturi jridu jaġixxu immedjatament biex isibu u jaqbdu l-persuni suspettati. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiddependu mis-servizzi fuq talba unika tal-Eurojust, pereżempju billi tkun iffaċilitata l-eżekuzzjoni rapida ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew (EAW), ordni ta’ ffriżar jew il-ġbir ta’ evidenza blużu ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea (OIE). Xi drabi oħra, investigazzjoni tinbena bil-mod u b’mod metodiku, u tkun tinvolvi xhur, jew saħansitra snin, ta’ ppjanar bir-reqqa, koordinazzjoni u diskussjoni, fejn l-Eurojust tieħu r-rwol tal-koordinazzjoni. Erba mezzi ewlenin ta’ appoġġ ipprovduti mill-Eurojust huma l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunta, l-għodod għall-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE, il-laqgħat ta’ koordinazzjoni u ċ-ċentri ta’ koordinazzjoni.

Il-każijiet imressqa quddiem l-Eurojust jew ikunu jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar tal-UE jew Stat Membru tal-UE u Stat mhux membru tal-UE. Xi drabi l-każijiet jinvolvu reati mwettqa fi Stat Membru wieħed li għandhom riperkussjonijiet lil hinn mill-fruntieri tiegħu. L-Eurojust toffri lill-Istati Membri l-esperjenza vasta u l-kompetenza tagħha fil-kooperazzjoni ġudizzjarja, inkluż firxa ta’ għodod biex jiġu indirizzati problemi bħall-kunflitti ta’ ġurisdizzjoni, l-estradizzjoni, l-ammissibbiltà ta’ evidenza, u l-iffriżar u l-irkupru ta’ assi. Minħabba li l-Eurojust tilqa’ fi ħdanha awtoritajiet mill-Istati Membri kollha u minn diversi Stati terzi, tista’ tirrispondi malajr għattalbiet, u xi kultant tgħin biex jissolva każ fi żmien sigħat.

Il-kronoloġija ta’ każ tal-Eurojust

Timeline of a Eurojust case

Click on the image to open a high resolution PDF document