Min aħna

Who we are

L-Eurojust, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, hija ċentru uniku bbażat f’The Hague, fin-Netherlands, fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jaħdmu mill-qrib flimkien biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata serja transfruntiera. Ir-rwol tal-Eurojust huwa li tgħin biex l-Ewropa ssir post aktar sikur billi tikkoordina x-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali – mill-Istati Membri tal-UE kif ukoll minn Stati terzi – fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità transnazzjonali.

Kull Stat Membru parteċipanti tal-UE jissekonda Membru Nazzjonali għall-Eurojust. Il-Membri Nazzjonali jiffurmaw il-Kulleġġ tal-Eurojust, li huwa responsabbli mill-ħidma operattiva tal-Aġenzija. Il-Kulleġġ, min-naħa tiegħu, huwa appoġġat mill-Amministrazzjoni tal-Eurojust, li tinkludi, fost l-oħrajn, analisti tal-każijiet, konsulenti legali u esperti tad-data. Il-bini mibni apposta tal-Aġenzija jipprovdi faċilitajiet sikuri għal-laqgħat, b’possibbiltajiet ta’ interpretazzjoni fil-lingwi kollha tal-UE u kamra tal-laqgħat żviluppata speċifikament għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni, li minnhom il-jiem ta’ azzjoni konġunta jistgħu jiġu mmonitorjati u kkoordinati f’ħin reali.

L-Eurojust żviluppat network internazzjonali koeżiv li jagħti lill-prosekuturi fl-Unjoni Ewropea kollha aċċess għal aktar minn 50 ġurisdizzjoni fid-dinja kollha. L-Aġenzija ffirmat ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ tnax-il stat mhux tal-UE, li bosta minnhom ssekondaw Prosekuturi ta’ Kollegament lill-Eurojust biex jaħdmu fuq każijiet mal-kontropartijiet tagħhom fil-Kulleġġ. L-Eurojust taħdem ukoll mill-qrib ma’ aġenziji tal-UE u sħab oħra li jappoġġaw id-diversi stadji fil-katina tal-ġustizzja kriminali, inklużi l-korpi tal-infurzar tal-liġi u ta’ kontra l-frodi.

 

See detailed information about Eurojust's legal basis.

 

eurojust at glance